Arrestat f’Għawdex is-suspettat fil-hit and run tal-Gżira

Il-pulizija arrestat raġel Għawdxi ta’ 61 sena li lbieraħ allegatament weġġa’ mara bil-karozza tiegħu u baqa’ sejjer. L-inċident seħħ fi f’Rue d’Argens fil-Gżira lbieraħ waranofsinhar.

Ir-raġel huwa residenti n-Nadur.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin iżda l-karozza li biha kien waqt l-inċident instabet ukoll f’Għawdex.

Il-mara ta’ 47 sena għadha fil-periklu li titlef ħajjitha.