Arrestat f’Pozzallo għax ipprova jdaħħal droga f’Malta

Żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Ghana, nhar il-Ġimgħa, ġie arrestat mill-Pulizija f’Pozzallo ftit qabel ma’ pprova jitla’ fuq il-katamaran għal Malta.
Iż-żagħżugħ kellu madwar 7 kilogrammi droga kannabis maqsuma f’sitt pakketti.
Hu inqabad fil-fatt wara li abbanduna l-bagalja tiegħu u ħarab mit-terminal tal-passiġġieri wara li ra lill-Pulizija jiċċekkjaw lill-passiġġieri li kienu tielgħin fuq il-katamaran.
Inqabad ftit wara mhux wisq bogħod mit-terminal.
Iż-żagħżugħ kien għadu kif xtara l-biljett biex jaqsam lejn Malta.