Arrestat b’rabta ma’ kospirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura

arrests

Read in English.

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 24 sena minn Ħaż-Żabbar wara allegatament kien qed jikkonspira biex jaħraq xi vettura.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li nħareġ mandate ta’ arrest għal din il-persuna li wassal għall-arrest tiegħu lbieraħ.

Ir-raġel ta’ 24 sena, li allegatament huwa l-moħħ wara diversi ħruq ta’ vetturi, mistenni jitressaq il-qorti għada quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia u jiġi akkużat bil-konspirazzjoni ta’ ħruq ta’ vettura u kif ukoll li ħoloq biża’ ta’ vjolenza.