Arrestat barra EuroDisney minħabba armi fil-bagalja

Il-biża’ imma wkoll is-sigurtà fi Franza wasslu biex raġel ta’ 28 sena jiġi arrestat fid-daħla ta’ lukanda f’EuroDisney.
Fil-bagalja tiegħu kellu moħbija żewġ pistoli, bullets u Koran.
Ir-raġel ma kienx magħruf mal-Pulizija s’issa.
Twaqqaf mill-ħaddiema tas-sigurtà meta l-bagalja tiegħu għaddiet taħt il-metal detector u daqqet l-allarm.
Ir-raġel ma għamel ebda reżistenza għall-arrest u qal biss li r-raġuni tal-armi hi l-biża’ tiegħu għas-sigurtà tiegħu nnifsu.
Iktar tard instabet ukoll it-tfajla li kienet miegħu u li fil-mument tal-arrest ta’ seħibha, ħarbet minn fuq il-post.
Għalissa, l-awtoritajiet mhux iqisu dan l-episodju bħala terroriżmu.