Arrestat wara li ‘biċċer’ raġel fil-Furjana

Raġel ġie arrestat iktar kmieni llum wara nofsinhar wara li l-Pulizija qed tissuspetta li kien involut fl-inċident li seħħ il-ġimgħa l-oħra meta nstab raġel ferut bi ġrieħi serji fi Triq il-Miratur il-Furjana.
Ir-raġel Tuneżin ġie arrestat f’ristorant fi Triq in-Naxxar, f’Birkirkara wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni li l-persuna suspettata kienet tinsab hemmhekk.
Jumejn ilu, il-Pulizija talbet għall-għajnuna biex jinstabu żewġ suspettati.