Arrest xejn feliċi għal żewġ uffiċjali tal-Pulizija

Raġel ta’ 29 sena attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija xħin dawn ippruvaw jaraw x’inhu jiġri meta lemħuh jargumenta ma’ tnejjn oħra f’Paceville.
Sandro Camilleri, il-President tal-Police Officers’ Union fi ħdan il-GWU, kiteb fuq Facebook li ż-żagħżugħ, Somalu, beda jgħajjar lill-uffiċjali meta dawn resqu lejh.
Jidher li meta l-uffiċjali ppruvaw jikkontrollawh beda joffendihom, u anki gidem wieħed minnhom.

Il-Pulizija kellha timmanettja liż-żagħżugħ, li kien jaf jitkellem sew bil-Malti, u mill-investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel kien għadu ħeiereġ minn 4 snin ħabs ix-xahar ta’ qabel.
Camilleri jkompli jikteb li s-Somalu baqa’ aggressiv anki fiċ-ċella, fejn hedded lill-Pulizija li jodrobhom b’sikkina, u beda jħabbat rasu mal-ħajt.
Newsbook.com.mt kkonferma mal-Pulizija dwar il-każ, u qalulna li lbieraħ tressaq il-Qorti, iżda ma setgħux jikkonfermaw x’kien l-eżitu.
Ritratt: Arkivji