Avukat fost l-investigati; tfittxijiet fuq il-jott

Yorgen Fenech semma mal-Pulizija diversi "persuni ta' interess"

Miguela Xuereb

Read in English.

Sorsi ta’ min jorbot fuqhom infurmaw lil Newsbook.com.mt illi matul il-lejl li għadda, il-Pulizija ġabru diversi persuni. Fost l-investigati hemm avukat. Dan seħħ bħala parti mill-investigazzjonijiet tagħhom fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.  Mhux magħruf jekk kienx hemm arresti jew inkella interrogazzjonijiet biss.

Dalgħodu wkoll l-investigaturi reġgħu marru abbord il-jott Gio biex jissoktaw bl-investigazzjonijiet.

L-istess sorsi kkonfermaw l-aħbar esklussiva ta’ Newsbook.com.mt ilbieraħ filgħaxija, jiġifieri li Yorgen Fenech semma mal-Pulizija diversi “persuni ta’ interess”, uħud minnhom nies fin-negozju.

Fenech id-dar taħt għassa, se jerġa’ jiġi interrogat

Newsbook.com.mt ikkuntattja lill-Pulizija iżda sal-ħin ta’ dan ir-rapport la kien hemm konferma u l-anqas ċaħda għat-tagħrif mogħti mis-sors tagħna.

X’ġara lbieraħ filgħaxija?

Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black, qatta’ l-lejl fir-residenza tiegħu f’Portomaso, f’San Ġiljan hekk kif ingħata l-ħelsien mill-arrest, taħt police bail. Dan wara li akkumpanja lill-investigaturi fit-tfittxijiet abbord il-jott Gio fil-marina ta’ Portomaso. Ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt segwew għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija u tal-Europol fuq il-jott kif ukoll lil Fenech hu u ħiereġ mid-Depot tal-Pulizija fil-Furjana ftit wara t-8.30pm. L-interrogazzjoni mistennija tissokta llum fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Monique Agius

Il-PM aġixxa waħdu

Fenech ġie arrestat nhar l-Erbgħa filgħodu. Il-jott tiegħu ġiet interċettata mill-Forzi Armati ta’ Malta. L-arrest tiegħu seħħ jum wara li l-Prim Ministru ħabbar li ta parir lill-President biex jagħti maħfra presidenzjali lil persuna li jidher li kellha informazzjoni li tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-Pulizija.

Assassinju Daphne: Il-PM jirrakkomanda maħfra presidenzjali

Il-Ħamis, il-Prim Ministru qal li l-arrest ta’ Yorgen Fenech ma kienx riżultat ta’ informazzjoni li ngħatat mir-raġel suspettat li hu s-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista. 

Filmat: L-arrest mhux minn dettalji li ta s-sensar – PM

L-istess sorsi nnutaw li kien stramb ħafna li l-Prim Ministru ddeċieda waħdu dwar il-maħfra presidenzjali u ma tkellimx mal-Kabinett. Spjegaw li għadu mhux magħruf għaliex sar dan.

Għaliex jingħata police bail?

Il-police bail jingħata meta l-Pulizija jkollha bżonn iktar ħin biex tinvestiga u jkunu nqabżu t-48 siegħa li persuna tista’ tinżamm arrestata. Meta jingħata l-police bail, il-Pulizija tkun għadha mhix f’pożizzjoni li tressaq is-suspettat b’reat kriminali.

Għal aktar informazzjoni kompli segwi Newsbook.com.mt

Fejn kien sejjer Yorgen Fenech?