Arranġamenti speċjali għal min hu eleġibbli li jivvota u jgħix barra

Air Malta plc se tipprovdi biljett bir-ritorn fuq servizzi skedati regolari tagħha b’noll ta’ €90, inklużi t-taxxi u spejjeż oħra, għall-persuni li huma eliġibbli biex jivvutaw f’Malta fl-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju li ġej.

Dawn l-arranġamenti qed isiru għall-votanti eleġibbli li joqogħdu barra minn Malta biex tkunilhom aktar faċli jiġu u jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-MEPs li jmiss fil-25 ta’ Mejju. Il-bookings jistgħu jsiru fil-call centre tal-Air Malta fuq in-numru speċifiku (+356) 21 418 214. Iċ-ċentru se jkun miftuħ bejn it-Tnejn u s-Sibt mit-8:00am-10:00pm, u l-Ħadd mit-8:00am-05:00pm mil-lum fit-08:00 am.

L-ivvjaġġar lejn Malta hu possibbli mit-13 ta’ Mejju 2019 sal-25 ta’ Mejju 2019, u r-ritorn mill-25 ta’ Mejju sas-6 ta’ Ġunju 2019. Dawk il-persuni li jagħżlu li jivvutaw kmieni fis-18 ta’ Mejju 2019 jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta mit-13 sas-17 ta’ Mejju biex ikunu jistgħu japplikaw fl-Uffiċċju Elettorali ​fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar sa mhux aktar tard minn 12:00pm tas-17 ta’ Mejju 2019