Arnold Schwarzenegger jgħin lill-familji fil-bżonn affettwati mill-coronavirus

Arnold Schwarzenegger

Arnold Schwarzenegger ingħaqad ma’ TikTok biex jgħin lill-familji li ġew affettwati mill-pandemija tal-coronavirus. TikTok, kumpanija tal-midja soċjali, tat donazzjoni ta’ $3 miljun lill-fondazzjoni ta’ Schwarzenegger After-School All-Stars li għal dawn l-aħħar 28 sena ġabret flus għal tfal biex isiru programmi għal wara l-ħin tal-iskola.

“Minħabba l-kriżi tal-coronavirus, dawk it-tfal li ntbagħtu d-dar minflok joqogħdu għall-programmi ta’ wara l-ħin tal-iskola issa ħsibna li jkun sabiħ u tajjeb jekk nistgħu nipprovdu ikel għal dawk il-familji,”  spjega l-eks Gvernatur ta’ Kalifornja li għandu 72 sena.

F’vidjow fuq TikTok il-bieraħ il-Ħamis qal li “Iżda, naturalment, jista’  jkollok l-aħjar ideat fid-dinja imma jekk m’għandekx il-flus m’għandek xejn. Allura TikTok qalilna se jkunu huma li se jagħtu l-miljuni ta’ dollari biex jgħinu fl-ikel lil dawk il-familji.”

Arnold Schwarzenegger  qal li t-tim tal-fondazzjoni tiegħu se jgħin billi jagħti vawċers u rigali għall-ħwienet lill-familji fil-bżonn f’60 belt madwar il-pajjiż, inklużi żoni b’impatt kbir tal-coronavirus bħal New York, New Jersey, Los Angeles u Miami