Armi tan-nar u oġġetti oħra kkonfiskati minn ħanut f’Għawdex

Numru sostanzjali ta’ oġġetti fosthom armi tan-nar instabu mill-Pulizija wara rejd li sar mit-Taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali f’Għawdex.
Dawn l-oġġetti instabu f’ħanut fi Triq Viani fir-Rabat Għawdex waqt ir-rejd li sar ilbieraħ filgħaxija fit-7.45pm.
Il-Pulizija kkonfiskaw għaxar armi tan-nar, munizzjon u madwar 18,000 sigarett tal-kuntrabandu li kienu moħbija f’90 pakkett wara vetrina. Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.