Armi għall-kaċċa: 13,000 liċenzja fl-2018

Fis-sena 2018 ġew imġedda 12,913 liċenzja għall-ġarr ta’ armi tan-nar għall-kaċċa, waqt li nħarġu 165 liċenzja ġdida għall-istess skop.

Dan intqal waqt seduta Parlamentari mill-Ministru Michael Farrugia wara li ġie mistoqsi rigward kemm inħarġu liċenzji tal-kaċċa fl-2017 u fl-2018 mill-Membru Parlamentari Edwin Vassallo.

Farrugia stqarr ukoll li fis-sena 2017 ġew imġedda 12,925 liċenzja tal-Pulizija għall-ġarr ta’ armi tan-nar għall-kaċċa u nħargu 224 liċenzja ġdida.

Liċenzji tal-kaċċa jinkludu kaċċa fuq l-għasafar mill-art u mill-baħar u kaċċa għall-fniek u persuna jista’ jkollha iktar minn liċenzja waħda.

Rigward liċenzji ta’ nsib Farrugia semma’ li dawn jaqgħu taħt ir-responsabilità tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi fi ħdan il-Ministeru responsabbli għall-Ambjent’.

Dan intqal xahar wara li instabet waħda mill-akbar xbieki illegali tan-nassaba f’Għawdex.

Aqra: L-ebda illegalità tal-kaċċa ma tressqet il-Qorti fl-2018 – BirdLife Malta