Armata ta’ trolls jinsultaw lil min jikkritika lill-Gvern – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li l-Gvern għandu armata ta’ trolls li jinsultaw u jwaqqgħu għaċ-ċajt lil kull min jikkritika lill-Gvern.

Il-PD qal dan f’reazzjoni għal dak li qal il-Prim Ministru Joseph Muscat li jixtieq Oppożizzjoni b’saħħitha. Il-PD irrimarka li fil-fatt ikun aktar konvenjenti għall-Prim Ministru li jkollu Oppożizzjoni dgħajfa li jkun jista’ jikkontrolla.

L-istqarrija tkompli tispjega li l-Gvern lest li jħallas prezz għoli biex jibqa’ ggranfat mal-poter minkejja li l-kriżijiet qed ikomplu jiżdiedu.