Raġel armat b’sikkina rnexxielu jisraq xi flus minn ħanut f’Bormla.
Il-Pulizija qalet li s-serqa seħħet għall-ħabta tas-6.30pm tal-lbieraħ filgħaxija fi Triq Santa Tereża. Il-Pulizija marret mal-ewwel fuq il-post, fejn instab li r-raġel kien laħaq ħarab.
Huwa talab lill-flus lill-mara ta’ 30 sena residenti l-Gżira, li kienet kaxxiera fil-ħanut fil-ħin tas-serqa.
Il-Pulizija ma qalitx kemm hija s-somma ta’ flus li l-ħalliel irnexxielu jisraq.
Infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja dwar dan il-każ.