Arkeologi jiskopru ġebel spazzjali

Aktar minn meta sena ilu, fl-1911, l-arkeologi skoprew disa’ ġebliet misterjużi f’ċimiterju qrib el-Gerzeh fl-Eġittu.

Għalkemm din is-sejba ilha li saret, ix-xjenzati waslu għall-konklużjoni x’inhuma biss ftit tal-jiem ilu.

Ix-xjenzati skoprew ukoll li l-materjali li bih huma magħmulin il-ġebel ma jinstabx fid-dinja tagħna. Filfatt l-oriġini tal-ġebliet huwa minn meteorita.

Sustanza partikolari tagħmel dawn il-ġebliet ferm aktar reżistenti mill-azzar u għalhekk huwa misterjuż il-mod kif l-Eġizzjani tal-qedem kien irnexxilhom jaqtawhom.

L-arkeologi qed jistudjaw għaliex l-Eġizzjani kienu ddeċidew li jużaw dan il-materjal fl-oqbra.

Fil-preżent il-ġebliet spazjali jinsabu miżmuma fil-Mużew tal-Ġebel fl-Eġittu, kemmxejn mistura mill-ispazju minfejn oriġinaw.