Arja friska għall-bejgħ fi flixkun

Fiċ-Ċina, l-arja friska qed tiġi bbottiljata u se tibda tinbiegħ mill-20 ta' Ġunju li ġej.
Dan il-prodott ġdid inħoloq minħabba l-biża' li t-tniġġiż qed iħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. 
L-arja qed tinġabar mill-inħawi tal-Muntanja Tianmu f'Linan fil-provinċja ta' Zhejiang.
Ħaddiema tal-park krew karattri li qed isejħu Oxygen Babies biex jivvjaġġaw madwar id-dinja u jagħtu flixkun b'xejn lil dawk li jixtiequ jippruvawha.