Argus tindirizza ċ-CHOGM

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Argus Group, Alison Hill, u Dr Vanessa Borg, Kap Eżekuttiv ta’ Argus Insurance Agencies Ltd f’Malta, se jindirizzaw il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvernijiet fil-Commonwealth, CHOGM, li se ssir bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru f’Malta.
Hill u Dr Borg se jindirizzaw il-Forum tan-Nisa u l-Forum tan-Negozju taċ-CHOGM.
CHOGM tlaqqa’ lill-kapijiet ta’ Gvern u mexxejja tan-negozju minn pajjiżi tal-Commonwealth fi sforz biex jinbnew kuntatti ta’ koperazzjoni u jsir tibdil dwar suġġetti importanti ta’ rilevanza dinjija.
It-tema uffiċjali għall-2015 hi “Inżidu l-Valur Globali” bil-laqgħat u l-fora fl-attività ta’ tliet ijiem jiffokaw fuq is-saħħa tal-Commonwealth fil-politka internazzjonali biex tinfluwenza u, maż-żmien, iġġib tibdil dwar diversi temi, li jinkludu l-edukazzjoni, il-tmexxija mill-gvernijiet, in-negozju u l-liġi.
Alison Hill, Kap Eżekuttiv ta’ Argus Group, qalet li “l-Grupp Argus għandu kumpaniji fi tliet pajjiżi tal-Commonwealth li huma Malta, Ġibilta u Bermuda. Aħna nifhmu l-vantaġġi tas-suq meta taħdem f’ġurisdizzjonijiet bi gvernijiet stabbli u infrastrutturi progressivi. Se nenfasizzaw din il-perspettiva meta nindirizzaw il-fora dwar l-importanza li titwitta t-triq għan-nisa biex ikunu iżejd involuti f’pożizzjonijiet għolja fil-maniġment”.
Dr Vanessa Borg, Kap Eżekuttiv ta’ Argus Insurance Agencies Ltd f’Malta min-naħa tagħha qalet li “il-laqgħa hi opportunità biex Malta tintwera bħala ċentru strateġiku finanzjarju fil-Commonwealth. Għandi pjaċir li se niddiskuti kif nippromwovu l-iżvilupp ekonomiku reġjonali u globali”.