Argus Insurance Agencies jespandu s-servizzi f’Malta

Argus Insurance Agencies se jespandu s-servizzi tagħhom f'Malta.
Shiela Nicoll, il-President Globali ta' Argus, indirizzat l-avveniment u ddikjarat li l-intenzjoni tal-kumpanija hi li żżid l-operazzjonijiet tagħha f'Malta wara l-Brexit.
Vanessa Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Argus Insurance Agencies (Malta), żiedet li grazzi għad-dedikazzjoni tal-impjegati u s-sensara, il-kumpanija se tkompli tagħmel progress fis-settur tal-assigurazzjoni lokali u se tfittex espansjoni ulterjuri. 
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna faħħar ukoll lil kumpanija talli tħaddem għadd kbir ta’ nisa u talli tħaddan politika b’miżuri favur il-familja.