Argument vjolenti fil-Ħamrun jibda minn festin tal-magħmudija; jinżamm arrestat

Festin tal-magħmudija wassal għal ġlieda vjolenti fil-Ħamrun nhar il-Ħadd li għadda, li raġel involut fiha spiċċa jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-allegat involviment tiegħu fl-inċident.

Ir-raġel ta’ 28 sena mill-Ħamrun, li ma jaħdimx, u li ismu mhuwiex jixxandar għall-protezzjoni tal-identità tas-sieħba tiegħu, li hi waħda mill-vittmi allegati tiegħu, weġġa’ ħafif lill-mara waqt ġlieda domestika f’darhom il-Ħadd filgħodu, liema ġlieda l-Prosekuzzjoni allegat bdiet minn festin tal-magħmudija li s-sieħba kienet involuta fih.

Aqra: Argument bejn numru ta’ persuni fil-Ħamrun

L-Ispettur Wayne Camilleri qal fil-qorti li l-każ ma spiċċax hemm, peress li r-raġel mar lura fl-appartament tal-koppja fis-6.15pm u kien hawn li qamet ġlieda oħra, li fiha weġġa’ ħafif ġar tagħhom.

Fil-qorti, ir-raġel akkużat wieġeb mhux ħati li weġġa’ ħafif lis-sieħba u lil ġar li joqgħod qrib, li għamel il-ħsara lill-propjetà ta’ terza persuna, li kien fil-pussess ta’ arma taqta’ u bil-ponta, u li kiser il-paċi pubblika.

L-avukatessa tad-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest u qalet li l-klijent tagħha wkoll sofra minn xi ġrieħi u aġixxa biex jipproteġi lilu nnifsu. Żiedet tgħid li l-allegati vittmi kienu wċuħ familjari li kienu deħlin u ħerġin il-qorti.

Il-Prosekuzzjoni nnutat li l-akkużat mar f’daru l-Ħamrun wara li kien ipprojbit milli jagħmel dan. Hu mhux talli mar hemmhekk, imma kellu wkoll arma bil-ponta.

Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ċaħdet il-ħelsien mill-arrest u ordnat li r-raġel jinżamm arrestat.