Argument jibagħtu Mater Dei bi ġrieħi gravi

Anzjan ta’ 65 sena ġarrab ġrieħi ħfief wara li kellu xi jgħid ma’ anzjan ieħor iż-Żurrieq.
Il-Pulizija qalet li r-raġel, li joqgħod iż-Żurrieq, kellu argument ma’ raġel ieħor ta’ 67 sena residenti Ħal Kirkop.
L-argument seħħ fi Triq il-Barrieri għall-ħabta tat-8am.
L-anzjan ittieħed Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija.
Il-Pulzija qed tinvestiga dal-każ.
Ritratt: Arkivji