Argument iwassal għal serqa ta’ ġiżirana

Raġel minn San Pawl il-Baħar inżamm taħt il-kustodja tal-pulizija wara li seraq ġiżirana ta’ mara Karkariża. Jidher li huma t-tnejn kellhom argument u skont l-akkużat, il-mara kellha ttih xi droga. Waqt l-argument, r-raġel żamm lil mara kontra l-volontà tagħha u anke weġġaha.

Fil-bidu, ir-raġel ammetta li huwa ħati ħati iżda wara biddel il-verżjoni. Il-prosekuzzjoni qalet li r-raġel ikkopera mal-awtoritajiet u l-mara hija magħrufa mal-pulizija.