Aġġornata (2): Argument Ħal Tarxien; raġel gravi

Ġlieda Marsa persuna sptar mater dei ambulanza

Aġġornata 30 ta’ Awwissu 08.09am

Raġel weġġa’ gravi f’argument li seħħ f’Ħal Tarxien. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9pm.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt l-każ ġara fi Triq Bjaġju Galea u li fiha kien hemm involuti 10 Sirjani, kollha residenti Malta. L-età tagħhom tvarja bejn 21 u 32 sena. Fil-ġlieda intużat arma taqta’ u bil-ponta, kif ukoll armi tal-ħadid u tal-injam.

Fuq il-post issejħu membri mit-taqsima tar-Rapid Intervention tal-Pulizija kif ukoll ambulanza sabiex tassisti liż-żagħżugħ ferut. Iż-żagħżugħ li għandu 23 sena u joqgħod il-Ħamrun sofra ġrieħi f’idu. Kull min kien involut ġie arrestat.