Argument fuq parkeġġ; jiskansa 6 xhur ħabs

Raġel li ngħata s-sentenza ta’ 6 xhur ħabs 4 snin ilu, inbidlitlu s-sentenza mill-Qorti tal-Appell wara li din qieset ir-raġunijiet tiegħu għall-argument ma’ raġel ieħor.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena kien akkużat li weġġa’ serjament lil raġel ta’ 69 sena waqt argument dwar parkeġġ f’Bormla 4 snin ilu.

Il-Qorti, wara li rat ir-Rapport tal-Inkjesta Soċjali, qalet li fehmet għaliex l-akkużat irrabja u sar vjolenti. Il-Qorti qieset li l-kondotta tal-akkużat hi nadifa, ħlief darba li nqabad isuq bla liċenzja wara li kien ġara l-argument.

Barra minn dan, il-Qorti kkunsidrat il-kwistjonijiet diffiċli fil-ħajja tal-akkużat.

Għalhekk, is-sentenza ta’ 6 xhur ħabs ġiet sospiża b’sentejn.