Argument fuq għalqa bejn żewġ aħwa; jispiċċaw il-Qorti

qorti bla permess familja

Żewġ aħwa tressqu l-Qorti akkużati li heddew lil xulxin waqt argument fuq għalqa fil-Ħandaq.

L-aħwa wieħed ta’ 62 sena u l-ieħor ta’ 67 sena, dehru quddiem il-maġistrat Claire Stafrace. L-argument tant eskala li r-raġel ta’ 67 spiċċa b’daqqa f’għajnejh u wara spiċċa biex hedded lil ħuh b’arma tan-nar.

Ir-raġel ta’ 67 sena ġie akkużat li kien qed iġorr arma tan-nar waqt l-argument mingħajr liċenzja, li hedded, attakka u insulenta lil ħuh u li kiser il-paċi pubblika. Min-naħa l-oħra ħuħ kien akkużat li fera, insulta u hedded ħuh kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.

Iż-żewġ aħwa wieġbu mhux ħatja bil-maġistrat ttihom il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €8,000 kull wieħed.