Argument fuq bastiment fil-Messiku jispiċċa fil-Qorti Maltija

Read in English.

Argument bejn żewġ Filippini fuq vapur irreġistrat Malta nstema’ fil-Qorti Maltija.

Marcos Dingcong Castor, ta’ 48 sena, instab ħati talli fera lil baħħar ieħor b’daqqa ta’ kanna l-Ħadd li għadda fuq bastiment irreġistrat f’Malta.

Dan wara argument bejn iż-żewġ baħħara Filippini fuq il-bastiment MV Solitaire, hu u jbaħħar fil-Golf tal-Messiku.

Castor ammetta għar-reat tiegħu u weħel sentejn ħabs, b’erba’ snin sospiżi.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ordna li Castor jintbagħat pajjiżu biex iservi s-sentenza hemmhekk.