Argument f’Tas-Sliema; raġel arrestat

Argument li nqala’ f’guesthouse f’Tas-Sliema wassal biex l-aggressur ġie arrestat.
Kien ftit qabel il-5pm fi Triq Monsinjur Depiro, li persuna kellha xi tgħid ma’ tlett irġiel. Qed jiġi allegat li ntużat xi arma.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.