Aġġornata: Argument f’Tas-Sliema; 3 gravi

Erba’ persuni sfaw feruti wara li nqala’ argument bejnhom u bejn persuni oħra mhux magħrufa fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema.

L-erba’ persuni mweġġgħa kienu 3 irġiel ta’ 26 sena, ta’ 27 sena u ta’ 29 sena u mara ta’ 48 sena kollha Żvediżi minn Ħal Qormi li kellhom xi jgħidu ma’ ħaddiem fi stabbiliment.

Ħames karozzi tal-pulizija u ambulanza ssejħu fuq il-post, u l-Iżvediżi ttieħdu l-isptar, bl-irġiel isofru minn ġrieħi gravi waqt li l-mara sofriet minn ġrieħi ħfief.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tas-7.45pm.