Argument fil-Qawra; raġel gravi

Read in English.

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument ma’ raġel ieħor fil-Qawra.

Skont stqarrija mingħand il-Pulizija, raġel ta’ 24 sena mill-Gambia mar fl-għassa tal-Qawra għall-ħabta tal-4.30pm. Huwa daħal jirrapporta li kien f’argument u li sofra xi ġrieħi. F’dan l-argument possibilment intużat arma taqta’ u bil-ponta.

Il-Pulizija marru fuq il-post u sabu raġel ta’ 40 sena mis-Sierra Leone, residenti Buġibba, li kien involut fl-istess argument mar-raġel l-ieħor. Huwa wkoll kien qed isofri minn xi ġrieħi.

Il-Pulizija sejħet tim mediku biex jagħti assistenza medika liż-żewġ irġiel. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei.