Argument fil-Kalkara; jirrifjutaw l-ambulanza

CMRU

Il-Pulizija qed tinvestiga argument li seħħ tard il-Ħadd wara nofsinhar qrib il-bajja tar-Rinella fil-Kalkara.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li skont l-ewwel informazzjoni daħħlitilhom għall-ħabta tas-5.45pm, fl-argument kien hemm involuti madwar 10 persuni. Żied jgħid li mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-argument kien bejn tnejn.

Skont il-Pulizija, minkejja li ssejħet ambulanza fuq il-post, il-persuni involuti rrifjutaw l-għajnuna medika.