Aġġornata: 3 tfajliet u tarbija jiddaħħlu l-isptar wara argument fil-Ħamrun

Tliet tfajliet u tarbija ta' ftit xhur iddaħħlu l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu nvoluti f'inċident fil-Ħamrun.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15pm fi Triq J Abela Skolaro fil-Ħamrun viċin l-iskola San Ġorġ Preca.
It-tfajliet li l-etajiet tagħhom huhma 18, 19 u 26 sena ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura.
Membru ta’ waħda mill-familji involuti fil-ġlieda kien involut ukoll fi qtil li seħħ fix-xhur li għaddew.
Numru ta' ambulanzi kienu fuq il-post biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
Jidher li waqt il-ġlieda l-istess persuni kissru karozza li kienet tinsab fil-viċin.
Il-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.