Protesta fil-barracks tal-AFM f’Ħal Far

Aġġornat 03:32 PM

Illum waranofsinhar, għadd ta’ immigranti bdew jipprotestaw fil-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Far.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-protesta bdiet għall-ħabta tas-12.50pm. Hi kienet qalet li l-protesta nżammet taħt kontroll u ħadd ma ndarab.

Fost l-għajjat li jinstemgħu jgħajtu dawn l-immigranti jidher li qed jgħajtu l-kelma “freedom” jiġifieri ħelsien. Minkejja dan mhux magħruf eżatt x’inhi r-raġuni aħħarija wara l-protesta tagħhom.

Il-binja hija separata minn dik taċ-Ċentru l-Miftuħ li bħalissa, ir-residenti fi ħdanha mhux jitħallew joħorġu. Dan minħabba li kien hemm numru ta’ każi ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-coronavirus. Filwaqt li suppost il-Ħadd li ġej kellu jerġa’ jinfetaħ dan iċ-ċentru, illum is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika qalet li d-data tal-ftuħ se tkun qed tiġi posposta hekk kif għadhom qed jinstabu aktar persuni pożittivi.

Illum tħabbru erba’ każi ġodda ta’ coronavirus miċ-ċentru.