Argument f’Ħaż-Żabbar; Ħadd ma jweġġa’

F’Ħaż-Żabbar kien hemm argument bejn xi persuni għall-ħabta tas-6:30 pm.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li uffiċjali tal-Pulizija marru fuq il-post. Is-sitwazzjoni issa tinsab taħt kontroll. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

L-argument seħħ fi Triq l-Inkurunazzjoni.