Argument f’Għawdex: Raġel ilaqqat daqqa ta’ ponn f’wiċċu

Google Maps

Read in English.

Il-Pulizija qed tinvestiga argument li seħħ f’Marsalforn fi tmiem il-ġimgħa li għadda, waqt li bl-użu ta’ gaffa kien qed isir xogħol ta’ tħammil u ġbir ta’ ċagħaq f’wied li jinsab qrib il-port. Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda ftit qabel is-2.30pm

L-argument wassal biex raġel ta’ 55 sena mill-Munxar ġarrab ġrieħi ħfief, wara li allegatament laqqat daqqa ta’ ponn f’wiċċu. Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, ir-raġel ferut huwa wieħed mill-inġiniera tal-Gvern f’Għawdex.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li r-raġel mar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. L-allegat aggressur ġie interrogat mill-Pulizija.