Argument f’Ħal Tarxien jitfa’ tnejn l-isptar

Argument ilbieraħ wassal biex persuna tiddaħħal l-isptar bi ġrieħi serji u oħra bi ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija qalet li huma ġew infurmati għall-ħabta tal-11.45pm, iżda l-argument kien inqala’ aktar kmieni wara nofsinhar, għall-ħabta tal-3.45pm, meta intuża pajp tal-plastik.
In-nies involuti kienu raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Tarxien, ieħor ta’ 42 li joqgħod Ħal Qormi, u raġel ta’ 68 sena minn Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lil kulħadd Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li r-raġel ta’ 36 sena kellu ġrieħi serji u l-ieħor ta’ 42 ġrieħi ħfief. L-anzjan ma ġarab ebda ġrieħi.
Fl-argument kien hemm involuti 4 persuni, u qed jinżammu arrestati għal aktar investigazzjonijiet.