Argument f’Bormla bejn grupp ta’ nies

Il-festa tal-Irxoxt f’Bormla ġiet interotta b’argument bejn diversi persuni li ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-festa tal-Irxoxt.
TVM irrapporta li l-argument qam ftit qabel l-12pm fi Pjazza Gavino Gulia f’Bormla.
Diversi rġiel bdew jagħtu quddiem il-każin tal-banda, b’oħrajn jippruvaw iferrquhom.
Il-ġlieda ma kellha x’taqsam xejn mal-festa tal-Irxoxt.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-argument.
Ritratt: TVM