Argument dwar kont f’restorant fil-Belt…iweġġgħu tnejn

Argument dwar kont f’restorant fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa, wassal biex żewġ nisa ġarrbu ġrieħi ħfief.
Kollox beda għall-ħabta tal-3.45pm meta grupp ta’ klijenti kellhom argument mal-impjegati tar-restorant li jinsab fi Triq San Ġwann.
In-nisa li ġarrbu ġrieħi huma waħda mill-klijenti, li għandha 38 sena, u waħda mill-impjegati tar-restorant għandha 36 sena mill-Belt stess.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.