Argument bejn żewġt irġiel fix-Xlendi; wieħed jiżgiċċa mill-Pulizija

Il-Pulizija f’Għawdex għaddejja bit-tfittxijiet tagħha għal raġel li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor fix-Xlendi lbieraħ filgħaxija. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30pm f’Xatt ix-Xlendi.

Sakemm wieħed minnhom ċempel lill-Pulizija, ir-raġel l-ieħor laħaq ħarab minn fuq il-post.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel li rrapporta huwa Somalu ta’ 30 sena residenti l-Munxar.  Ir-raġel imfittex huwa Somalu wkoll.