Argument bejn żewġt irġiel f’San Pawl il-Baħar

Raġel safa ferut wara li kien aggredit minn raġel iehor għal ħabta tas-7.30am fit-Triq Brankutli f’San Pawl il-Baħar.

Iż-żewġt irġiel ta’ 36 sena u 44 sena, mill-Bulgarija, kellhom argument li wassal għal wieħed minnhom li aggreddixxa lill-ieħor b’arma li taqta’ u bil-ponta, filwaqt li kkawżlu ġrieħi f’siequ.

Ir-raġel ta’ 36 sena, li mar l-għassa ta' San Pawl il-Baħar hu stess biex jirrapporta l-inċident, ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa tal-ġrieħi ħfief li sofra. 

Persuna li allegatament kienet involuta fil-każ qed tinżamm mill-pulizija sabiex tgħinha fl-investigazzjonijiet tagħha.