Żewġ pulizija aggrediti minn tfajla wara inċident f’Marsaskala

Surġent tal-pulizija u kuntistabbli sofrew minn ġrieħi ħfief meta ġew aggrediti minn tfajla ta’ 19-il sena minn Marsaskala.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30am ftit wara li l-pulizija kienet imsejħa biex tagħti l-għajnuna f’inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Marsaskala.
Fl-inċident kienu nvoluti żewġ karozzi. Waħda misjuqa minn raġel ta’ 43 sena mill-Belt, u l-oħra misjuqa minn raġel ta’ 39 sena miż-Żejtun.

It-tfajla li ġiet arrestata ma kinetx involuta fl-inċident.