Argument bejn tnejn fl-Imsida

Puluzija

Raġel ta’ 54 sena minn New Zealand u residenti l-Imsida, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument fl-Imsida.

Kienu għall-ħabta tal-11.15am x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm

argument f’appartament fi Triq Oscar Zammit.

Mill-investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li seħħ argument bejn żewġt irġiel. Ir-raġel ta’ 54 kien allegatament aggredit b’daqqiet ta’ sieq f’rasu, minn raġel ta’ 35 sena minn Ħal Tarxien.

Ir-raġel ta’ 35 sena jinsab għall-interrogazzjoni fid-Depot tal-Pulizija.