Aġġornata: Raġel jinqatel b’tiri f’Birżebbuġa; 2 l-isptar

CMRU

Raġel ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Ivorju nstab bla ħajja mixħut mal-art b’ħafna dmija madwaru f’Birżebbuġa. Dan wara li l-Pulizija kienet infurmata li ġew sparati xi tiri fl-istess inħawi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11pm f’residenza fi Triq il-Ġebel.

Fl-istess triq il-Pulizija sabet raġel, ukoll aktarx ta’ nazzjonalità barranija, li deher li kellu xi ġrieħi u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Ftit wara nnutat raġel ieħor, ta’ 45 sena mill-Georgia, b’xi ġrieħi u ssejħet mill-ġdid ambulanza. Wieħed mill-irġiel għandu 22 sena u residenti Ħal Far. Dan sofra minn ġrieħi gravi. L-ieħor kien kritika għal xi ħin u ġie operat.

Dwar il-każ issejħet inkjesta Maġisterjali. Il-Pulizija qed titratta dan il-każ bħala omiċidju.