Argument bejn 4 persuni fil-Ħamrun; Ħadd ma jweġġa’

Puluzija

Ħadd ma’ weġġa’ waqt argument li seħħ bejn erba’ persuni fil-Ħamrun.

Kelliema għall-Pulizija qalet li l-ġlieda kienet bejn familja u ġrat għall-ħabta tal-3:45 pm fi Triq Indri Cilia.

Fuq il-post marru numru ta’ Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit.

Il-Pulizija ma setgħetx tikkonferma kemm marru uffiċjali b’kollox fuq il-post.