Argument bejn 2 persuni l-Belt; raġel id-Depot

Raġel inżamm arrestat mill-Pulizija sabiex jiġi mitkellem wara argument bejn żewġ persuni fil-Belt Valletta.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ illum wara nofsinhar fl-istazzjon Tal-Linja. L-argument seħħ bejn raġel ta’ 36 sena mil-Libja, residenti l-Gżira u raġel ta’ 61 sena residenti l-Belt Valletta.

Intant post li hemm fuq Facebook fejn anke ġew ippubblikati żewġ ritratti tal-arrest, tispjega d-dettalji tal-każ. Ir-raġel li tella’ l-post spjega li r-raġel ta’ 36 sena talab sigarett lill-anzjan, l-anzjan irrifjuta li jagħtih sigarett dan tah daqqa ta’ sieq. Spjega li fuq il-post inzerta kien għaddej pulizija li immanettja lir-raġel.