Read in English.
L-Arċisqof Malti ta’ Tirana Mons. George Frendo kien wieħed mill-miljuni ta’ vittmi tal-Covid-19. Kellu 75% tal-pulmun imblukkat, jiġifieri laqtitu bil-goff u kienet serja.
Fr Joe Borg intervista lill-Arċisqof Frendo għall-Newsbook Q&A. L-intervista sħiħa se tixxandar illum il-Ħamis fuq Newsbook.com.mt.
L-Arċisqof iwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet, fost oħrajn:
- Qatt beża’ li jmut?
- Ħass solitudni waqt iż-żmien twil li għamel l-isptar jew kwarantina?
- Il-Covid-19 ħalliet xi effetti fit-tul fuqu?
- X’inhi t-talba favorita tiegħu?
- X’inhi s-sitwazzjoni tal-Covid-19 fl-Albanija?
L-Arċisqof Frendo, huwa l-Kap tal-Knisja fl-Albanija. Huwa magħruf għad-diskorsi kuraġġjużi tiegħu dwar is-sitwazzjoni soċjali u politika fil-pajjiż.
- In-nies u l-media kif jilqgħu d-diskorsi tiegħu?
- X’jgħidilna dwar is-sitwazzjoni politika?
- Il-Knisja Kattolika hija Knisja fil-minoraza fil-pajjiż. Dan ifisser li hija Knisja li ma tingħatax importanza?
- X’inhu x-xogħol soċjali li tagħmel il-Knisja f’dan il-pajjiż?
L-intervista sħiħa li Fr Joe Borg għamel mal-Arċisqof Frendo tixxandar fuq Newsbook.com.mt fil-5pm illum il-Ħamis.