Arċisqof iwiddeb ministru tal-Gvern Irlandiż

Il-Ministru Josepha Madigan li minkejja li trid l-abort, mexxiet servizz fi Knisja Kattolika

Read in English.

Ħafna baqgħu mistagħġba kif il-Ministru Irlandiża Josepha Madigan li kienet prominenti ħafna fil-kampanja biex jidħol l-abort fil-pajjiż mexxiet servizz fil-Knisja Kattolika tal-parroċċa tagħha meta l-qassis li kellu jqaddes quddiesa fis-6.00p.m. baqa’ ma tfaċċax.

Meta sar jaf b’dan l-Arċisqof ta’ Dublin Diarmuid Martin, ħareġ sqarrija li fiha widdeb severament lill-Ministru li bl-azzjoni tagħha ġabet inkwiet lil ħafna parruċċani u Kattoliċi oħra fil-pajjiż.  Hu qal li n-nuqqas tal-qassis għall-quddiesa partikolari kien sforz ta’ nuqqas ta’ ftehim u mhux għax m’hemmx saċerdoti f’Dublin.

Hu kundannabbli li l-Ministru ħadet l-okkażjoni biex tmexxi aġenda partikolari tagħha. Il-fehma li esprimiet li għax kien hemm dan l-iżball, dan għandu jwassal lill-Knisja biex tibdel it-tagħlim fundamentali tagħha u taħtar nisa qassisin, hi idea biżarra, qal l-Isqof.