Arċisqof Ingliż jiskopri li huwa iben l-eks-segretarju ta’ Churchill

L-Arċisqof ta’ Canterbury Justin Welby skopra li huwa iben l-aħħar segretarju personali ta’ Winston Churchill.
Dan joħroġ minn test ta’ DNA li r-riżultat tiegħu ġie ppubblikat fuq il-ġurnal Ingliż “The Telegraph”.
L-Arċisqof Ingliż minn dejjem kien jaħseb li missieru huwa Gavin Welby, bejjiegħ tal-whisky u iben immigrant Lhudi.
Wara li tkellem mal-ġurnal Ingliż, l-Arċisqof iddeċieda li jagħmel it-test tad-DNA fejn skopra li l-missier bijoloġiku tiegħu kien Sir Anthony Montague Brown, li kien serva lil Winston Churchill f’Downing Street wara li kien irtira.
L-Arċisqof Ingliż qal li ma għandu l-ebda kriżi eżistenzjali, u sostna li l-identità tiegħu hija msejsa fuq x’ifisser huwa fi Kristu.