Arċisqof Awstraljan jintbagħat sena ħabs

Australian Archbishop

Arċisqof Awstraljan, ikkundannat li ħeba l-abbuż sesswali tat-tfal fil-knisja, ġie kkundannat għal sena ħabs.

Philip Wilson, ta’ 67 sena, mhux se jidħol fil-ħabs għalissa sakemm l-awtoritajiet tal-ħabs jiddeċiedu għandux iservi s-sentenza mid-dar jew mill-ħabs. Ix-xahar id-dieħel il-Qorti mistennija tagħti d-deċiżjoni finali dwar fejn se jservi s-sentenza.

Il-Maġistrat fi Newcastle qal li l-ħati ma wera l-ebda rimors.

Wilson ġie kkundannat f’Mejju wara li sar magħruf li ma marx għand il-Pulizija bil-każi ta’ abbuż minn qassis ieħor, wara li kien mgħarraf dwaru fl-1976 minn żewġ vittmi, inkluż abbati li qalulu fil-konfessjonarju.