Arċipriet ġdid għal Sant’Elena u Kappillan ġdid għal Ħal Tarxien

Dun Vincenz Cachia li twieled fl-1 ta’ Ottubru, 1947 filwaqt li ġie ordnat saċerdot fl-20 ta’ Lulju, 1974 se jkun l-Arċipriet il-ġdid tal-parroċċa ta’ Sant’ Elena li tiġbor fiha madwar 10,000 persuna fi 3,500 familja.
Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun fejn serva bħala viċi kappillan għal seba’ snin. Kien kappillan ta’ Ħad-Dingli, Arċipriet tal-Isla, kappillan tal-Gżira, amministratur ta’ Ħal-Safi u kappillan ta’ Raħal Ġdid.
Dun Michael Bellizzi ġie maħtur mill-Arċisqof Pawlu Cremona bħala kappillan ta’ Ħal Tarxien, liema parroċċa tiġbor fiha madwar 8,700 persuna f’2,800 familja.
Dun Michael twieled fl-4 ta’ Novembru 1970, ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Qrendi u wara bħala viċi-kappillan fil-parrocci ta’ Wied il-Għajn u Raħal Ġdid. Tul dawn is-snin kien ukoll direttur spiritwali f’diversi skejjel sekondarji.
Dun Michael Bellizzi serva wkoll bħala Assistent Ekkleżjastiku għaż-Żagħżagħ Azzjoni Kattolika (Z.A.K.) u għal dawn l-aħħar għaxar snin kien id-direttur taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet fis-Seminarju.