Araw għaliex fl-Iżvizzera arrestaw tifel ta’ tmien snin!

Il-pulizija Żvizzera investigat tifel ta’ tmien snin wara li allegatament staqsa jekk setax juża karta tal-flus tal-ġugarelli f’ħanut tar-raħal.

In-nota falza tal-ewro kienet dik misjuba fil-logħba Ċiniża msejħa ‘flus tal-ispirtu’ użata bħala offerta maħruqa waqt il-funerali biex tiżgura li l-mejtin ikollhom ħajja kuntenta wara mewthom.

It-tifel, li ma ngħatax ismu, ma ġiex akkużat b’xi reat imma ismu allegatament se jkun fuq ir-rekords tal-Pulizija sa Mejju 2032.

L-ewro falz kien tqassam kmieni f’Marzu waqt il-Karnival fil-belt ta’ Issach fejn il-franki Żvizzeri huma l-munita uffiċjali. In-noti, stampati fuq karta ordinarja u fihom karattri Ċiniżi blu.

Fl-aħħar ta’ April, it-tifel u żewġt iħbieb, marru f’ħanut tar-raħal fejn it-tifel staqsa jekk setax juża l-karta tal-ewro.

Anke jekk in-nota kienet identifikata b’mod ċar bħala li ma kinetx tassew hekk, ħaddiem tal-ħanut ħassu obbligat li jċempel lill-pulizija. Fit-28 ta’ Mejju l-Pulizija ikkuntattjat lill-ġenituri tat-tifel u marret id-dar tagħhom għal tliet sigħat.

Kelliem għall-Pulizija qal: “Aħna ġejna infurmati li t-tfal  ippruvaw jixtru prodotti. Għalhekk kien hemm suspett li l-flus foloz jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni.”

Huwa qal li l-uffiċjal tal-investigazzjoni kellu jiddetermina jekk il-flus foloz intużawx apposta u jekk it-tfal kinux ikkommettew reat skont il-liġi.

Id-dar tat-tfal ġew imfittxija għal aktar flus tal-ġugarelli  fejn sabu tliet noti ta’ €50, żewġ noti ta’ €20, ħames noti ta’ €10 u tliet noti ta’ €5. Dawn qabduhom bħala prevenzjoni biex ma jkunx hemm kriminalità.