Araniissa – ‘Jisfida il-kontinenti sabiex jgħaqqad il-Familja Maltin’

Ritratt: The Fotografer

Illejla fit-8.30pm Joseph Chetcuti jippreżenta edizzjoni oħra tal-programm Araniissa.

Mhux se jonqsu stejjer ta’ emozzjoni, stejjer umani, stejjer ta’ nies bħalna!

Kienet kważi impossibli! Dik li Jessie, mara anzjana minn Melbourne, l-Awstralja taqsam il-kontinenti sabiex il-familja tagħha tingħaqad wara għexieren ta’ snin. U l-ewwel tweġiba li Jessie kienet tat lil Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu meta kienu avviċinawha għall-ewwel darba kienet: “Ma niflaħx għal din id-distanza kollha. Qalbi trid imma ġismi ma’ jagħtinix!’ 

Ritratt: The Fotografer

Biss bil-perseveranza u d-dedikazzjoni tat-tim ta’ Araniissa, Jessie bidlet fehmitha u ddeċidiet li ttir għal Malta flimkien maż-żewġt itfal tagħha, sabiex tgħaqqad il-familja sabiħa tagħha, deċiżjoni li wara l-laqgħa kommoventi li seħħet, ikkummentat “L-isbaħ u l-aħjar deċiżjoni li qatt għamilt f’ħajti!”

Iżda l-vjaġġ ta’ Jessie ma’ kienx faċli. Iżda grazzi għat-tim tal-linja tal-ajruplani li vvjaġġat magħhom Jessie waslet qawwija u sħiħa fi ħdan xtutna sabiex twasslilna waħda mill-isbaħ reunions ta’ din l-14 il-edizzjoni ta’ Araniissa! 

Ritratt: The Fotografer

Storja li tmiss il-qlub hija wkoll dik ta’ Marisa minn Bormla. Marisa tirrakkonta waqt il-programm l-esperjenza diffiċli tal-familja tagħha hekk kif ir-raġel tagħha bħalma kien jagħmel kważi kull filghaxija kien imur jimxi. Biss jum fost l-oħrajn l-għażiż ragel tagħha dam ħafna biex imur lura sakemm lil Marisa wassiltilha l-aħbar li r-raġel tagħha kien safa’ vittma ta’ inċident stradali, inċident li wasslu sabiex jagħmel żmien ġewwa l-Kura Intensiva jissielet għal hajtu. Kienu żminijiet diffiċli mmens għall-familja kollha speċjalment għat-tfal ukoll li kienu qegħdin jagħmlu l-aħħar eżamijiet tas-sekondarja. Kien żmien ta’ inċertezza kbira meta l-istess familja ma tafx il-missier huwiex se jsalva minn dan l-inċident tant gravi!

Iżda bil-kuraġġ ta’ Marisa u l-appoġġ tat-tfal eżemplari tagħha, il-familja mhux talli ma tfarkitx, iżda talli ngħaqdet aktar u aktar u b’imħabba kbira qegħdin jirbħu l-ostakoli kollha li ġrajja bħal din iggib magha! Familja b’ kuragg ta’ sur li taghti ezempju lilna lkoll! Ma nistgħux ninsew it-trasformazzjoni ta’ Mandy, din l-omm kuraġġuża, il-mimmi tat-tfal tagħha, li dejjem ħadmet bla heda sabiex tagħti l-familja tagħha l-aħjar u l-aħjar biss!

Ritratt: The Fotografer

Kulħadd se jkollu ħafna kurżità sabiex jara kif it-tim tat-trasformazzjoni, din il-ġimgħa mmexxi mill-abbli Oliver u martu d-Dr. Charlene tax-Chic Med Aesthetics Clinic ser jittrasformaw lil Mandy f’prinċipessa denja ta’ sensiela hekk speċjali bħal m’hi Araniissa! 

Flimkien ma’ dawn l-istejjer sbieħ, Araniissa joffrilkom ukoll spettaklu mill-isbaħ mill-ifjen artisti Maltin.