Arancini tar-Ross

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn 190C, 375F , Gas Mark 5
Ingredjenti:

  • 250gr ross abjad
  • 600ml misħun jagħli
  •  Kuċċarina trab tal-kari
  • Bajda
  • 2 imgħaref ġobon maħkuk
  • Ġbejniet jew perżut jew salami
  • 4 mgħaref cornflakes mfarrka

Metodu:
1.   Sajjar r-ross. Żid il-kari, l-bajda u l-ġobon.
2.   Ifforma blalen u għaddihom minn ġol-cornflakes. Fin-nofs ta‘ kull wieħed poġġi biċċa ġbejna, perżut jew salami.
3.   Poġġihom fuq tray non-stick u sajjarhom għal 20 minuta.

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK 
Ritratt minn foodandwine.com